Il-linja tal-ajru low-cost Awstrijaka Laudamotion ħabbret li se tibda ttir lejn Malta.
Din il-linja tal-ajru se tibda’ ttir bejn Malta u l-kapitali tal-Awstrija Vjenna tliet darbiet fil-ġimgħa minn April li ġej.
B’reazzjoni l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi laqa’ dan l-iżvilupp u sostna li din l-aħbar hija l-frott tal-ħidma li ma’ taqta xejn biex tiżdied il-konnettività minn u lejn pajjiżna.