Il-Gvern bi gwida lit-tobba dwar mediċini alternattivi wara rakkomandazzjonijiet mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini – One News

Notifiki

Il-Gvern bi gwida lit-tobba dwar mediċini alternattivi wara rakkomandazzjonijiet mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Wara li f’dawn il-ġranet l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ħarġet rakkomandazzjonijiet aġġornati, il-Ministeru għas-Saħħa qed jagħti gwida lit-tobba dwar mediċini alternattivi li jistgħu jiġu ordnati għal dawk il-pazjenti li qegħdin fuq dawn il-mediċini. 

Hu rakkomandat li l-pazjenti m’għandhomx iwaqqfu l-mediċini tagħhom mingħajr il-parir tat-tabib. Il-POYC qed tieħu l-passi kollha neċessarji biex tipprovdi lill-ispiżeriji bi prodotti alternattivi.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin se jkomplu jsegwu l-informazzjoni li qed tingħata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u jżommu lill-pubbliku infurmat dwar kwalunkwe żvilupp.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend