Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi sostna kif mhux biss il-Ministeru tiegħu ma’ tax konċessjonijiet , iżda fil-fatt naqqashom.
Waqt li kien qed jirrispondi l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti b’referenza dwar programm Franċiż li mplika l-għoti ta’ konċessjoni fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, huwa fakkar kif il-Ministeru għat-Turiżmu ma jistax jagħti l-konċessjonijiet għall-bajjiet. Il-konċessjonijiet u l-għoti tagħhom jaqgħu taħt l-Awtorità tal-Artijiet, spjega l-Ministru Mizzi.
F’dan l-isfond, Dr Mizzi fakkar kif anzi l-Ministeru mmexxi minnu ntervjena biex jitnaqqsu l-konċessjonijiet fil-bajja tal-Għadira. Liema konċessjonijiet kienu ngħataw b’mod skandaluż minn Jason Azzopardi lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013 meta kien responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Barra minn hekk, Dr Mizzi spjega kif tul din is-sena l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu oġġezzjonat biex tingħata konċessjoni fl-Għadira lil lukanda partikolari fl-inħawi tal-bajja.