B’investiment ta’ tletin elf ewro, is-Segretarjat għall-Anzjanità attiva se jiffinanzja boroż ta’ studju għal sitt studenti għall-Masters fl-anzjanità u d-dimenzja fl-Università ta’ Malta.
Il-kors se jibda fi Frar u se jsir għat-tielet sena konsekuttiva u diġa gradwaw 20 persuna.
Il-kors fuq bażi Part Time se jdum tlett snin.
Mill-ischolarship se jibbenfikaw impjegati fis-settur pubbliku li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani.