Is-Segretarju Parlamentari ndirizza wkoll l-iskema tal-equity sharing li ddaħħlet għall-ewwel darba fil-baġit 2019. Fisser li fl-ewwel 4 xhur tal-iskema, miftuħa għal persuni b’iktar minn 40 sena, mal-170 persuna applikaw biex il-gvern jidħol sħab magħhom. Biex b’hekk dawn il-persuni jkollhom iċ-ċans isiru s-sidien ta’ djarhom.
Elenka wkoll ir-riforma tal-kera li bħalissa tinsab quddiem il-Parlament u kif din se ġġib mhux biss suq tal-kera iktar b’saħħtu imma wieħed li jkun indukrat biex ħadd ma jaqa lura.
Galdes fisser dawn il-miżuri bħala mod kif il-gvern wessa’ l-operat tal-Awtorita tad-djar, fejn qabel wieħed kien imur għand l-awtorita biss għall-housing soċjali, issa din qed toffri numru ta’ benefiċċji u servizzi biex ħadd ma jispiċċa mingħajr akkomodazzjoni xierqa.
Temm jgħid li jinsab perswaz li l-baġit li jmiss se jgħin biex jitkompla fuq dak li diġa sar sa issa.