Fil-qasam tal-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli l-Gvern qed iwettaq bidliet importanti permezz ta’ miżuri u skemi li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.
Spjega dan is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes f’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Malta: Ngħixu s-suċċess li matulha ngħata elenku tal-miżuri f’dan il-qasam fl-aħħar sena.
Galdes fisser li l-mira ewlenija tal-Gvern hi li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu, iżda dan qed isir b’interventi bil-għaqal u bi ħsieb flok li l-gvern jagħti kollox lil kulħadd.
Fost l-oħrajn, spjega li miexi x-xogħol fuq units ġodda ta’ housing soċjali hekk kif tlesta l-iskavar fuq 13-il sit, filwaqt li f’diversi postijiet ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat, bil-mira tkun li s-sena d-dieħla dawn l-appartamenti jgħaddu għand l-Awtorita tad-Djar.
Barra minn hekk, qed jiġu mgħejjuna mitt familja permezz tal-iskema ta’ housing affordabbli, filwaqt li 140 familja oħra qed igawdu minn liftijiet fl-akkomodazzjoni tagħhom.
Dwar il-beneficcju tal-kera, Galdes qal li din qed taħdem bmod konkret. fejn illum dan qed jiġi kkalkulat abbażi tal-ispejjez li persuna tagħmel, sabiex din ma taqax fil faqar. Minn massimu ta’ €166, dan tela’ għal 440 euro fix xahar. Bil-beneficcju qiegħed jinata lil 1,200 familja gdida.