Tnaqqis ta’ 7.9% fil-persuni qiegħda – One News

Notifiki

Tnaqqis ta’ 7.9% fil-persuni qiegħda

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika juru sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu bi kważi 8% biex issa hemm jirreġistraw għax-xogħol 1,645 ruħ. 

Ċifri pprovduti mill-aġenzija tax-xogħol Jobs Plus juru li matul Awwissu li għadda, il-persuni jfittxu xogħol naqsu b’142 ruħ meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Il-qgħad naqas fil-kategorija kollha għajr fil-kategorija ta’ dawk li għandhom bejn it-30 u l-44 sena.

L-NSO żied jgħid li l-akbar tnaqqis ta’ persuni qiegħda kien irreġistrat fost dawk li kienu ilhom jfittxu xogħol għal aktar minn sena. Min-naħa l-oħra kien hemm żieda marġinali fil-persuni li kienu qegħdin ifittxu impjieg bejn 21 u 52 ġimgħa meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Iċ-ċifri juru wkoll li matul Awwissu li għadda, il-persuni b’diżabilità jfittxu impjieg naqsu bi 17-il ruħ oħra biex issa niżlu għal 227 ruħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend