Illiberata wara li ma nstabitx ħatja li għamlet rapport falz fuq abbuż fuq it-tifla tagħha – One News

Notifiki

Illiberata wara li ma nstabitx ħatja li għamlet rapport falz fuq abbuż fuq it-tifla tagħha

Francine Cini ġiet illiberata mill-Qorti tal-Appell wara li sentejn ilu weħlet 8 xhur ħabs wara li nstabet ħatja li għamlet rapport falz dwar abbuż. 

Hija kienet ġiet akkużata mill-Qorti tal-Maġistrati li f’Mejju tal-2017 marret l-għassa tar-Rabat Għawdex u għamlet rapport falz fuq is-sieħba tal-eks raġel tagħha, li jiġi wkoll missier uliedha.

Cini kienet irrapurtat li bintha kienet qaltilha li s-sieħba ta’ missierha tatha xeba, iżda wara li l-missier issejjaħ l-għassa dan ċaħad filwaqt li t-tifla qalet li ġiet imġiegħla tgħid hekk minn ommha.

Dakinhar il-Qorti kienet sabitha ħatja li għamlet rapport lill-pulizija ta’ reat li ma kienx twettaq.

Intant, il-Qorti tal-Appell qalet kif Cini ma kelliex tinstab ħatja u għal dan illiberata.

Hija ġiet irrapreżentata mill-Avukat Joseph Giglio.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend