5 snin ħabs għall-Kolombjan li aggredixxa koppja b’ġebla fix-Xagħra Għawdex – One News

Notifiki

5 snin ħabs għall-Kolombjan li aggredixxa koppja b’ġebla fix-Xagħra Għawdex

Sergio Andres Guzman Aguilar, Kolombjan li għandu passaport Spanjol ta’ 29 sena ġie kkundannat ħames snin ħabs wara li nstab ħati li jumejn ilu aggredixxa koppja Ingliża fix-Xagħra Għawdex. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-4.00 a.m. meta l-koppja Ingliża, Deborah Aitkenhead u Michael Dreadshaw kienu fi triqithom lejn id-dar meta ħabta u sabta l-Ispanjol ħebb għall-mara ta’ 55 sena b’daqqa ta’ ġebla f’rasha biex jisirqilha l-ġojjellerija li kellha fuqha.

Huwa tressaq il-qorti ta’ Għawdex it-Tlieta filgħodu u ġie mixli fost oħrajn li kkawża ġrieħi serji fuq il-mara u ġrieħ ħfief fuq ir-raġel ta’ 58 sena.

Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà kkundizzjonata mill-Qorti.

L-Ispanjol kien ħarab minn fuq il-post, iżda ġie arrestat mill-pulizija f’inqas minn 12-il siegħa.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Paul Coppini qieset il-gravità tal-każ u kkudannat lill-Ispanjol ħames snin ħabs

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend