Il-pazjenti ta’ mard tal-prostata se jibdew jiffrankaw mal-€400 fis-sena – One News

Il-pazjenti ta’ mard tal-prostata se jibdew jiffrankaw mal-€400 fis-sena

Sal-bidu tas-sena d-dieħla ‘l fuq minn 50,000 pazjent li jbatu mill-mard tal-prostata se jkunu jistgħu jirċievu din il-mediċina b’xejn. Dan hekk kif il-Gvern se jkun qed jipprovdiha b’investiment ta’ 5 miljun u 300,000 ewro. Dan se jwassal sabiex jiġu ffrankati mal-400 ewro lil kull pazjent li jagħmel użu minn din il-mediċina. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne stqarr li filwaqt li żewġ mediċini se jkunu introdotti mill-1 ta’ Ottubru, tnejn oħra se jibdew jingħataw sal-bidu tas-sena d-dieħla biex b’kollox se jkunu introdotti 4 mediċini.

Huwa appella sabiex min qed jieħu diġà medicini tal-prostata jista’ jkellem lit-tabib tal-familja biex jaqleb għall-mediċina tal-Gvern u m’hemmx għalfejn wieħed jagħmel appuntament l-isptar Mater Dei.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend