Ta’ Delia jattakkaw lil Busuttil u Casa għax ma marrux il-mass meeting – One News

Notifiki

Ta’ Delia jattakkaw lil Busuttil u Casa għax ma marrux il-mass meeting


Il-Fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fetħet attakk fuq l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, talli m’attendewx il-mass meeting tal-Indipendenza.

In-nuqqas ta’ presenza ta’ Simon Busuttil u David Casa waslet għal rabja kbir fost il-partitarji nazzjonalisti mill-fazzjoni Delia, li stennew li Busuttil u Casa li ġew eletti mill-votanti nazzjonalisti, jinsew l-gwerra li hemm ma Adrian Delia u jattendu għall-mass meeting.

Messaġġi ta’ partitarji nazzjonalisti li waslu għand ONE News, minn grupp privat u ristrett, biss għan-nazzjonalisti jikkonfermaw ir-rabja li teżiżsti għal Busuttil u Casa.

B’nies qrib l-Kap Adrian Delia attakkawhom u għal għemil tagħhom.

Partitarju qrib il-fazzjoni ta’ Adrian Delia, uża kliem oxxen dwar Simon Busuttil, sabiex jgħid li dak jagħmel ħafna ħsara.

Persuna oħra qrib Delia kitbet li Simon Busuttil dejjem jieħu vaganza fil-festi tal-Indipendenza. Dan għaliex Simon Busuttil minn meta Adrian Delia sar Kap, jagħzel dejjem li jsiefer u ma jkunx prezenti għal mass meeting. Filwaqt li oħrajn, b’referenza għal Simon Busuttil, kitbu kif dan għandu jwarrab għax jagħmel ħsara biss.

Persuna qrib Adrian Delia, saqsa lil wieħed mill-impjegati ta’ Casa, Nicky Azzopardi, fejn kien David Casa biex m’attendiex għal mass meeting.

“Nicky Azzopardi fejn kien sieħbek David Casa?”  

B’Nicky Azzopardi jwieġbu li kien qiegħed jaħdem.

“Hawn nies jaħdmu u jkollhom impenji oħra li għalihom ġew eletti. Il-kumment tiegħek juri x’livell ta’ pastaz u baxx int” kiteb Nicky Azzopardi, li tilifha u infexx jgħajjar lill-ħabib ta’ Adrian Delia.

Dawn il-kummenti li waslu għand ONE News ikomplu jikkonferma l-gwerra li għad hemm fil-Partit Nazzjonalista bejn il-fazzjoni Busuttil u l-fazzjoni Delia.

B’Simon Busuttil u David Casa riedu jibgħatu messaġġ lil Adrian Delia, li wara t-telfa elettorali kbira li wassal lill-Partit Nazzjonalista, mhux kollox ward u zahar.

B’Partitarju ta’ Adrian Delia kiteb biex il-klikka Simon Busuttil titlaq ‘il barra mill-partit nazzjonalista, la mhumiex leali lejn il-Partit Nazzjonalista u ma jiċċelbrawx l-indipedenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend