Raġel ta’ 39 sena minn Ħal Qormi tressaq il-Qorti akkuzat bi vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu. Bl-akkużat weġġa’ ħafif kemm lis-sieħba, kif ukoll lil bintha.
Huwa hedded lis-sieħba – “Jekk naqbdek ma raġel ieħor noqtlok.” Min assessjar li sar fuq ir-raġel ġie ddikjarat li kien taħt l-effett ta’ xi sustanzi.
Huwa wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.
Il-Maġistrat qalet lill-akkużat sabiex ma jersaqx lejn il-vittma u poġġiet lis-sieħba tiegħu taħt ordni ta’ protezzjoni.