“Malta m’għandhiex titħalla waħedha” – il-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni – One News

Notifiki

“Malta m’għandhiex titħalla waħedha” – il-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni

Il-Kummissarju Ewropew għall-immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos stqarr li Malta, m’għandiex titħalla waħedha fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Il-Kummissarju Ewropew qal dan f’laqgħa li kellu lbieraħ mal-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ San Anton.

Avrampoulos faħħar lil Malta li baqgħet tħaddan il-valuri Ewropew ta’ responsabbiltà u solidarjetà fir-rigward tal-isfidi tal-immigrazzjoni fiż-żona ċentrali tal-Mediterran.

Min-naħa tiegħu, il-President Malti rringrazzja lill-Kummissarju għall-għarfien tiegħu tas-sitwazzjoni partikolari ta’ Malta u għall-inizjattivi li ttieħdu matul is-sena dwar l-immigrazzjoni.

Il-President żied jgħid ukoll li d-dimensjonijiet kemm esterni kif ukoll interni tal-immigrazzjoni ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod iżolat.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għall-Intern Franċiż Chrisopher Castaner.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend