L-ex Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei wara li ħassu ma jiflaħx.
Fi stqarrija, il-Kurja qalet li Mons. Cremona ttieħed l-isptar fejn qiegħed jinżamm għall-osservazzjoni.
L-Aċisqof Charles J.Scicluna awgura fejqan ta’ malajr lill-Monsinjur Cremona u wegħdu t-talb tal-Knisja f’Malta f’dan il-mument.
Monsinjur Cremona rriżenja minn Arċisqof fl-2014 minħabba kwistjonijiet ta’ saħħa.