Il-midja Nazzjonalista b’falza stikka – One News

Notifiki

Il-midja Nazzjonalista b’falza stikka

Il-midja Nazzjonalista ħadet falza stikka f’waħda minn sensiela ta’ stejjer li qiegħda tikteb dwar il-Patri Deo Debono li fl-aħħar jiem tneħħa minn Kapillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin wara li ġie implikat f’każ ta’ serq ta’ oġġetti sagri.

Fil-faċċata ta’ quddiem tal-ħarġa tat-Tnejn ta’ In-Nazzjon, il-gazzetta qalet li Debono se jitressaq il-qorti fil-jum tat-tnejn.

Sorsi qrib il-każ qalu ma One News li midja nazzjonalista qiegħda tfixxkel il-kors tal-investigazzjonijiet, b’rapporti bħal dawn. Qalu li dak li qed tirrapporta mhix tħalli lill-pulizija tagħmel xogħolha b’serenità.

Fl-istess waqt saħqu li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss