Fid-dawl tal-falliment tal-kumpanija Ingliża Thomas Cook, il-Gvern Malti qal li se jevalwa s-sitwazzjoni u jieħu numru ta’ inizjattivi sabiex il-viżitaturi u l-lukandi Maltin jintlaqtu bl-inqas mod possibbli.
Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Turiżmu qal li bħalissa għaddejin diskussjonijiet fuq livell għoli mal-istakeholders kollha, u permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ġiet offruta kull għajnuna possibbli lill-Kummissjoni Għolja Ingliża li qiegħda tikkordina l-ħidma ta’ ripatrijazzjoni tal-klijenti Ingliżi ta’ Thomas Cook.
http://www.one.com.mt/2019/09/23/il-kumpanija-tal-ivjaggar-thomas-cook-tfalli-2/