ARA: Tibda titlaqqa’ l-laqgħa Ministerjali dwar l-immigrazzjoni f’Malta – One News

ARA: Tibda titlaqqa’ l-laqgħa Ministerjali dwar l-immigrazzjoni f’Malta

Ħames Ministri Ewropej responsabbli mill-qasam tal-immigrazzjoni bdew jiltaqgħu f’Malta biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni lejn l-Ewropa.

Il-laqgħa li qiegħda ssir fil-Forti San’Anġlu qegħdin jattendu għaliha l-Ministri tal-Intern ta’ Malta, Italja, Franza u tal-Ġermanja u l-Finlandja li għandha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. Għal-laqgħa qed jattendi wkoll il-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni Dimitris Avramopoulos li f’laqgħa li kellu mal-President ta’ Malta George Vella faħħar l-impenn ta’ Malta li qed issostni l-valuri Ewropej tar-responsabbiltà u s-solidarjetà dwar l-isfidi tal-immigrazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran.

Din il-laqgħa hija riżultat ta’ bosta inizjattivi li ttieħdu fl-aħħar xhur bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet għal din il-kriżi umanitarja li għolliet rasha fil-baħar Mediterran.

Ma’ ONE News, il-Ministru Michael Farrugia qal li jittama li d-diskussjonijiet jirriżultaw f’soluzzjonijiet biex tonqos il-pressjoni minn fuq pajjiżna, filwaqt li jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn il-pajjiżi involuti.

“Jeħtieġ jittieħdu d-deċiżjonijiet politiċi dwar l-immigrazzjoni” – il-Kummissarju Ewropew Avramopoulos

Filmat: il-Ministru għall-Intern Taljan tgħid li hemm prospetti tajbin dwar il-laqgħa tal-immigrazzjoni

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend