Il-Ministru għall-Intern Taljan ġdida Luciana Lamorgese qalet li hemm prospetti tajbin dwar il-laqgħa li għaddejja bħalissa f’Malta bejn ħames ministri tal-Intern dwar is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni.
Mistoqsija mill-ġurnalisti jekk hix ottimista għal-laqgħa, il-Ministru għall-Intern Taljan ittama li laqgħa tmur tajjeb. Qalet li ma kinitx se titkellem għalissa qabel il-konferenza tal-aħbarijiet li se ssir għall-ħabta tal-4.00 p.m.