Claudio Marchisio f’pajjiżna f’Ottubru li ġej – One News

Claudio Marchisio f’pajjiżna f’Ottubru li ġej

L-eks player internazzjonali Taljan u ta’ Juventus Claudio Marchisio se jkun Malta biex jiltaqa’ mal-eluf ta’ partitarji Juventini Maltin. Marchisio se jinġieb Malta mill-Club ta’ Juventus Cuore Bianconero u segawċi tiegħu jistgħu jiltaqgħu miegħu bejn il-11 u t-13 t’Ottubru, f’sensiela ta’ attivitajiet li se jiġu organizzati mill-Club. 

ONE News tkellem mal-President tal-Club, Marlon Hili fejn stqarr li Marchisio huwa magħruf għal ħila li kellu li jilgħab kullimkien f’nofs il-ground, kif jidher f’diversi formazzjonijiet u pożizzjonijiet li lagħab mid-diversi kowċis li kellu.

Hili stqarr li “Marchisio wara, Del Piero u naħseb għal l-epoka tagħna huwa leġġenda. Fis-sens huwa player li dejjem lagħab mal-Juventus huwa supporter kbir tal-Juventus, saħansitra sal-lum il-ġurnata għaddu jitfa’ post fuq Facebook tiegħu  fuq l-Instagram, ifaħħar lil Juventus daqs li kieku għaddu player tal-Juventus”.

Ma’ Juventus, Marchisio lagħab ftit inqas minn 400 logħba u skorja ftit inqas minn erbgħin gowl.Wara Juventus kellu esperjenza ma’ tim Russu ta’ Zenit Saint Petersburg fejn lagħab xi logħbiet għalihom. Ma’ Juventus, Marchisio rebaħ erba’ kampjonati Taljani. Illum il-ġurnata l-midfielder Taljan għandu 33 sena u bħallisa jinsab bla klabb, minħabba li aktar kmieni din is-sena rrifjuta li jingħaqad ma’ klabb Taljan ieħor.

L-attività se ssir fit-12ta’ Ottubru li ġej f’lukanda ewlenija f’Tas-Sliema.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend