Stħarriġ: jerġa’ jikber id-distakk bejn il-PL u l-PN – One News

Notifiki

Stħarriġ: jerġa’ jikber id-distakk bejn il-PL u l-PN

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika tat-TORĊA ppubblikat jumejn wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li qed jersqu iktar nies lejn il-partit li jmexxi hu, wera kif reġa’ kiber id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li l-Prim Ministru baqa’ jżomm rati ta’ fiduċja qawwija fost l-elettorat.

Li kieku kellha ssir elezzjoni għada l-Partit Laburista jirreġistra appoġġ ta’ 58.1%. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista niżel għal 39.1%. Dan ifisser li l-Partit Laburista kompla jżid fuq li kellu, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kompla jnaqqas. Tant li d-distakk kiber għal 19%.

Mexxejja politiċi, fosthom il-Prim Ministru, dejjem appellaw għal kawtela fuq ir-riżultati ta’ stħarriġ li jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien. Iżda, sorsi fl-istamperija sostnew li hemm dwejjaq kbar għal dan ir-riżultat proprju f’ġimgħa li kienet iddominata minn festi tal-indipendenza falliment.

L-ikbar raġuni għax id-distakk kiber hi li l-Partit Nazzjonalista kompla jitlef Nazzjonalisti li saħansitra vvotawlu fl-elezzjoni tal-2017 meta l-partit sofra telfa kbira.

Intant, il-Prim Ministru, magħruf għall-fatt li jieħu d-deċiżjonijiet baqa’ l-iktar mexxej fdat fejn 58% ddikjaraw li jafdaw lil Joseph Muscat. 28% biss qalu li jafdaw lil Adrian Delia. Jirriżulta li erbgħa minn kull għaxar Nazzjonalisti ddikjaraw li ma jafdawx lill-Kap tagħhom. Riflessjoni tat-taqlib intern li għad hemm fil-Partit Nazzjonalista anke jekk Delia jipprova jagħti l-impressjoni li it’s business as usual.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend