Scam ġdida: Iċemplu lin-nies taparsi minn kumpanija rinomata Maltija – One News

Scam ġdida: Iċemplu lin-nies taparsi minn kumpanija rinomata Maltija

Mhux l-ewwel darba li bosta lmentaw fuq il-midja soċjali li qed jirċievu telefonati mingħand persuni barranin li jgħidulhom li qed iċemplu mill-kumpanija Microsoft iżda fil-verità, ma jkun xejn minnu. 

Jidher li issa hemm scam oħra li qed iddur il-gżejjer Maltin, b’bosta qed jilmentaw li qed jirċievu telefonati mingħand persuni li jitkellmu bl-Ingliż u li minflok qed jgħidulhom li qed iċemplu minn kumpanija rinomata Maltija – il-GO.

Iżda hekk kif jgħidulhom li “mhux vera qed iċċempel mill-GO”, jidher li dik il-persuna fuq il-linja taqta’ ħesrem it-telefonata.

F’messaġġ li nkiteb fuq Facebook, ħareġ fil-beraħ li ma kinitx persuna waħda li rċeviet dawn it-tip ta’ telefonati tant li rappreżentanta mill-kumpanija GO rrispondiet u sostniet li bħalissa l-kumpanija tinsab infurmata dwar dan il-każ u li qed tinvestiga dawn ir-rapporti.

Intant sostniet kif kull min jirċievi dawn it-telefonati għandu jieħu ħsieb li ma jipprovdi ebda informazzjoni sensittiva u jekk ikollhom xi suspett jistgħu jagħmlu kuntatt mal-kumpanija b’mod dirett fuq 80072121.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend