Ingliż ta’ 59 sena ndarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-20:30 fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 59 sena mir-Renju Unit safa’ milqut minn vettura ta’ tip Chevrolet Spark misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mill-Ungerija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 59 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.