Nazzjonalisti rrabjati bil-festi tal-Indipendenza – One News

Notifiki

Nazzjonalisti rrabjati bil-festi tal-Indipendenza

Il-gazzetta KullĦadd uriet kif teżisti rabja kbira fost nazzjonalisti attivi għall-mod kif żviluppaw il-festi tal-Indipendenza din is-sena.

Fejn mhux biss iċċaqalqu minn Fuq il-Fosos għall-quddiem id-Dar Ċentrali, iżda kienu l-iktar festi fqar li jiftakru f’deċenji.

Il-kritika lejn is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli u l-Viċi-Kap, Robert Arrigo, hi li kienu fqar anke fil-kontenut politiku li mhux tant marbut mal-kwistjoni finanzjarja.

Fost oħrajn kien innotat kif uffiċjali tal-partit u membri tal-grupp parlamentari kienu esklużi għal kollox mid-diskussjonijiet politiċi.

Konsegwenza tal-fatt li t-tmexxija għadha mhix qed tieħu riskji wara l-konfużjoni li nqalgħet dan is-sajf meta sar sforz kbir biex jitneħħa l-Kap  u li warajh kien hemm l-idejn moħbija ta’ membri prominenti tal-grupp parlamentari.

Fi gruppi magħluqa fejn jitkellmu n-nazzjonalisti kien hemm fehmiet differenti, għalkemm spikka d-dwejjaq tan-nazzjonalisti.

“A big flop,” kiteb xi ħadd fost ħafna kummenti ta’ rabja għal min ħa ritratti minn ġewwa d-Dar Ċentrali u xerridhom biex juri kemm l-attivita kienet batuta.

“Farraktuh partit,” kiteb ħaddieħor li qal li jiddispjaċih li l-partit wasal sa hawn u fetħilha fuq dawk id-deputati li lanqas wara l-attivitajiet ma kienu wara Delia.

Fost dawn kien hemm l-eks Kap Simon Busuttil u l-MEP David Casa.

Jidher li mhumiex tal-istess fehma l-uffiċjali preżenti tal-Partit Nazzjonalista bis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli jgħid fil-mass meeting li ċert li se jkun hemm żminijiet aħjar.

Iżda, fuq kollox f’ħafna kummenti ħareġ sentiment ta’ apatija b’ħafna qatgħu qalbhom li Adrian Delia jista’ jieħu l-messaġġ li dak li sar fl-aħħar sentejn mhuwiex tajjeb biżejjed biex irebbaħ lill-Partit Nazzjonalista. Ane għax ma bidel xejn.

Tant li d-diskors ta’ Delia kien ukoll deskritt mill-Partit Laburista bħala ripetizzjoni tad-diskors tas-sena li għaddiet u fi stqarrija l-Partit Laburista qallu li jekk ried jiffranka l-flus seta xandar id-diskors li għamel fl-2018.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend