Qiegħed ikun irrapportat li l-koppja Marlene u Godfrey Farrugia rriżenjaw mill-Partit Demokratiku. Din hi riżenja oħra minn sensiela ta’ riżenji li t-tnejn li huma għamlu minn partiti differenti tul is-snin.
Jirriżulta li f’ittra li kitbu qalu li qed jirriżenjaw biex jagħtu ċans lill-partit jinbena mill-ġdid għall-elezzjoni li jmiss u tennew li filwaqt li se jżommu s-siġġu tagħhom mhux se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
L-aħħar elezzjoni kkontestawha fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, iżda issa l-grupp tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma jridhomx. Għalkemm imorru tajjeb ħafna mal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil.
Il-koppja Farrugia qalu li l-Partit Demokratiku għad jista’ jevolvi anke jekk irid jiżżarma u jerġa’ jinbena. Iżda, skont huma jista’ jsir il-partit li l-pajjiż għandu bżonn.
Ir-riżenja tagħhom daħlet b’effett immedjat. Godfrey Farrugia għamel żmien imexxi l-Partit Demokratiku. Għalkemm kien irriżenja minn kap biex reġa’ sar imbagħad reġa’ rriżenja.