Bosta lokalitajiet “ħielsa” mill-karozzi – One News

Notifiki

Bosta lokalitajiet “ħielsa” mill-karozzi

Kull sena, it-tnejn u għoxrin ta’ Settembru jimmarka ġurnata fejn jitnaqqas l-użu tal-karozzi.

F’diversi pajjiżi madwar id-dinja, ħafna bliet jgħalqu partijiet mit-toroq biex post il-karozzi jittieħed minn enerġija pożittiva ta’ nies li jieħdu sehem f’attivitajiet diversi.

Anki f’pajjiżna kienu bosta l-lokalitajiet li għamlu dan, fosthom il-Fgura u ż-Żejtun, fejn spikkat il-preżenza tat-tfal, li lejliet sena skolastika ġdida, qattgħu nofstanhar fil-kumpanija ta’ xulxin, jilagħbu f’toroq li ssoltu jkunu maħnuqa bil-vetturi.

L-attivitajiet fiżiċi varjaw fosthom dawk tal-futbol u l-basketball. Iżda mhux biss.

Fiż-Żejtun kien hemm il-logħba tal-passju, li dari kienet komuni ħafna fl-ibliet u l-irħula Maltin, iżda li tul is-snin u minħabba ż-żieda fit-traffiku, kważi nqatgħet għal kollox.

Kemm fil-Fgura u fiż-Żejtun kien hemm diversi stands edukattivi, bil-mużika fl-isfond ma naqsitx, bis-sehem ta’ band lokali quddiem il-Knisja taż-Żejtun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend