Maratona ta’ 24 siegħa b’risq l-Ispecial Olympics – One News

Notifiki

Maratona ta’ 24 siegħa b’risq l-Ispecial Olympics

Is-Sibt ingħata bidu għall-ewwel maratona ta’ erbgħa u għoxrin siegħa tal-waterpolo b’risq Special Olympics Malta. Attività sabiħa li fiha tinvolvi lill-parteċipanti tal-ispecial olympics.

Anna Calleja, direttur ta’ Special Olympics spjegat l-entuzjazmu ta-parteċipanti.

Tul dawn l-aħħar xhur, Special Olympics Malta kisbet diversi suċċessi fosthom fil-logħob dinji f’Abu Dhabi f’Marzu li għadda, fejn intrebħu 40 midalja minn kontinġent ta’ 28 parteċipant. Dan is-suċċess wasal wara sigħat ta’ taħriġ speċjalizzat minn tfal u adulti li kollha għandhom xi forma ta’ diżabbiltà intellettwali. Special Olympics Malta tipprovdi wkoll infrastruttura inklussiva, kowċis dedikati u ħaddiema li jagħtu l-għajnuna tagħhom f’numru ta’ dixxiplini.

Waqt il-ftuħ ta’ din il-maratona s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal li joħorgu numru ta’ valuri minn din il-maratona li huma eżistenti u għadhom ħajjin fis-soċjetà Maltija, fosthom dak tal-volontarjat li għadu b’saħħtu f’pajjiżna.

 Is-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’dizabilita Anthony Agius Decelis tkellem dwar ix-xogħol siewi tal-ispecial olympics.

 Din se tibqa’ għaddejja sal-Ħadd fil-pixxina tal-klabb tal-waterpolo tan-Neptunes fejn se jipparteċipaw diversi persuni ta’ etajiet u livelli differenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend