Blogger Portugiża ġiet ispirata minn Malta biex issir awtriċi – One News

Notifiki

Blogger Portugiża ġiet ispirata minn Malta biex issir awtriċi

Din Melanie Martins, blogger tal-ivvjaġġar mill-Portugal li minn meta ġiet tgħix Malta erba’ snin ilu, ispirat ruħha tibdel triqitha kemmxejn, u minflok tikteb fil-qosor dwar il-vjaġġi tagħha, toħloq storja għalina kollha. Iżda l-mod kif se twassalulna se jkun ftit differenti.

Melanie għażlet li tippublika l-ewwel rumanz tagħha bil-proċess magħruf bħala self-publishing, fejn l-awtur jieħu ħsieb il-ħlas tal-pubblikazzjoni kollha, mill-editjar sal-istampar finali. Proċess li għalkemm jirrikjedi investiment kbir, irendi ferm aktar milli kieku l-ktieb kien ippubblikat minn kumpanija.

One of the things you need to take into account is to hire your copy editors and proof readers. You need to take care of everything, design, covers and everything. It is you paying, but in the end it is a profit of 70%.

Għalkemm l-għan prinċipali tal-awtriċi huwa li tilħaq l-udjenza Maltija, ħasbet ukoll biex ir-rumanz ikun ippubblikat ukoll f’forma ta’ e-book u jkun disponibbli mad-dinja kollha.

We are talking about an international audience. I want to reach as many people as possible. With an ebook it is so easy. You can download it no matter where you are from, you can get the book instantly.

L-awtriċi qalet li l-komunità ta’ kittieba u  qarrejja f’Malta kienu pronti joffru kull appoġġ li kellha bżonn waqt li kienet qed tikteb u tippubblika il-ktieb.

I had a lot of help from women who offered to proof read my book. It was reaching out on a social media scale. One of the things I love in Malta is the response and support of the community. People are very eager to help and to bring more to the book.

Ir-rumanz Blossom in Winter se joħroġ fil-ħwienet tal-kotba lokali fl-aħħar ta’ Ottubru li ġej. Il-paġni tiegħu se jeħduna New York biex ngħixu l-istorja ta’ Romeo u Ġuljetta f’xenarju kontemporanju.

Stejjer dwar imħabba projbita hawn ħafna, iżda awturi madwar id-dinja jibqgħu jesperimentaw bihom, u aħna l-qarrejja nibqgħu infittxuhom fuq l-ixkafef tagħna. Tgħid għalfejn?

We want to believe love wins always. We want to believe that even after all the troubles and obstacles that there is hope, even if everything tears them apart they will end up together, or not.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend