Jekk xi ħadd iħabbatlek il-bieb tad-dar biex jaqralek il-meter tad-dawl u ma jkunx liebes hekk, iddaħlux ġewwa.
Appellat dan fi stqarrija l-ARMS Ltd, fejn infurmat lill-pubbliku li l-ħaddiema kollha tagħha li jmorru fid-djar tal-konsumatur dejjem qed ikunu lebsin uniformi partikolari li tikkonsisiti f’polo shirt blu bil-logo tal-ARMS u sidrija safra bil-logo tal-ARMS.
L-impjegati kollha għandhom jidentifikaw ruħhom b’tag b’isimhom u ritratt tagħhom.