Il-kantanta Taljana Emma Marone mhux ser tkun qed tattendi għall-kunċert f’Malta minħabba problemi ta’ saħħa.
Dan ħabbritu fuq il-paġna tagħha ta’ Instagram fejn qalet kif ser twaqqaf għal xi żmien il-karriera tagħha fil-mużika.
Hija kienet mistennija tattendi f’pajiżna għall-kunċert Radio Italia fl-4 ta’ Ottubru li mistenni jkun fuq il-fosos.
Il-kantanta skużat ruħha mas-segwaċi kollha li kienu ser jiġu apposta Malta minħabba fiha.
F’dan il-kunċert ser jieħdu sehem kantanti Taljani famużi bħal Gigi D’Alessio u Mahmood.