BIL-FILMAT: sajjieda Maltin isalvaw fekruna f’nofs ta’ baħar – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: sajjieda Maltin isalvaw fekruna f’nofs ta’ baħar

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali jidhru xi sajjieda Maltin bejn sema u baħar fuq il-lanċa jipruvaw ineħħu ħabel li kien imwaħħal ma’ saqajn fekruna u li eventwalment seta’ jwassal għall-mewt tagħha.

Xħin is-sajjieda neħħew kull periklu minn mal-fekruna, dehru jerġgħu jpoġġuha lura fil-baħar Mediterran.

Intant, għal dan, in-Nature Trust appellat sabiex min xi darba jħabbat wiċċu ma’ każijiet simili jistgħa jċempel fuq 9999 9505.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend