Missier ħa lill-ibnu, li huwa addotat, l-għassa wara li sar jaf li kisser t-twieqi ta’ karozzi f’Tas-Sliema.
Mohamed Mahmoud ta’ 24 mis-Somalja, residenti Tas-Sliema, tressaq il-qorti akkuzzat li wettaq ħsara fuq propjetà ta’ ħaddieħor.
Jirrizulta li l-akkuzat wettaq dan ir-reat minħabba li kien għaddej minn zmien diffiċli minħabba l-vizzju tad-droga.
Fil-qorti missieru qal li lest li jħallas hu għall-ħsara li wettaq ibnu.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,700.