Koppja ammettiet fil-Qorti i mexew erbat iħwienet tal-messaġġi li intuzaw bħala burdell għal skop ta’ prostituzzjoni.
Carmelo Sammut ta’ ħamsa u sittin sena, flimkien mal-mara tiegħu Yanxia Sammut ta’ sebgħa u erbgħa sena residenti Ħaż Żabbar tressqu l-qorti akkuzzati li għexu minn fuq il-qliegħ tal-prostituzzjoni u l-ħwienet tagħhom inbiddlu f’burdell.
Il-prosekuzzjoni imexxija mill-ispettur John Spiteri qal li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ bdew wara li ġirien ta’ ħanut fil-Mosta irrapurtaw lill-pulizija li l-ħanut tal-messaġġi qiegħed jintuza għal skopijiet oħra.
L-ilmenti tar-residenti waslu sabiex l-pulizija tinvestiga tlett iħwienet oħra tal-koppja. Ħanut f’Birkirkara, l-Fgura u Raħal Ġdid li minn ħwienet tal-messaġġi ukoll bdew jintuzaw għal skopijiet ta’ burdell. Bil-pulizija elevat ukoll filmati tal-cameras tas-sigurtà.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wara li rat li l-koppja ikkoperaw mal-pulizija ikkundanathom sentejn ħabs sospizi għal erba snin. Huma ġew immultati €450 kull wieħed. B’rabta ma dan il-każ tressqu ukoll ħames nisa ċiniżi, ta’ bejn 33 sena u 42 sena. Huma kienu jagħmlu xogħol ta’ prostituzzjoni fil-ħwienet tal-messaġġi li inbidlu f’burdell.
Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi fil-konfront tagħhom u inżammu arrestati.