Justin Trudeau b’dispjaċir dwar il-famuż ritratt ta’ rtokk ta’ karnaġġjon skur – One News

Notifiki

Justin Trudeau b’dispjaċir dwar il-famuż ritratt ta’ rtokk ta’ karnaġġjon skur

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau skuża ruħu pubblikament wara li ħareġ ritratt antik tiegħu liebes irtokk ta’ karnaġġjon skur f’festin.

Jidher li r-ritratt ittieħed f’festin privat tal-iskola li kien jattendi l-Prim Ministru fl-2001, kważi 20 sena ilu. Ir-rivista Time ippubblikat ir-ritratt fl-aħħar sigħat, b’Trudeu jiskuża ruħu minnufih u jgħid li ‘missu kien jaf aħjar minn hekk’.

Hu u jindirizza l-ġurnalisti dwar l-istess ritratt, Trudeu spjega li l-irtokk kien parti minn kostum għaliex il-festin kellu tema Għarbija.

“Nerfa’ r-responsabbiltà ta’ dik id-deċiżjoni, ma missnix għamilt hekk. Missni irreaġixxejt aħjar” qal il-Prim Ministru, li żied jiskuża ruħu pubblikament għal din l-imġieba ‘razzista’.

Justin Trudeu kien ukoll fl-aħbarijiet fl-aħħar ġimgħat hekk kif ħabbar elezzjoni fil-Kanada fil-21 ta’ Ottubru li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend