L-eks President Tuneżin Zine el-Abidine Ben Ali miet fl-età ta’ 83 sena fl-eżilju.
Huwa mexxa lit-Tuneżija għal tlieta u għoxrin sena u kien ħarab mill-pajjiż f’Jannar tal-2011 meta l-poplu Tuneżin qam kontrih f’dik magħrufa bħala r-rivoluzzjoni parti mir-rivoluzzjoni tar-Rebbiegħa Għarbija.
Il-familja tal-eks President qalet li Ben Ali miet fl-Arabja Sawdija wara li kien ilu jgħix hemm minn mindu ħarab.
Fl-2012 Qorti Tuneżina kienet ikkundannat lil Ben Ali għal sentenza t’għomor il-ħabs in absentia.
Huwa kien meqjus bħala persuna li ta stabbilita lil pajjiżu u ħoloq xi ftit ta’ prosperità iżda fl-aħħar snin tiegħu huwa kien meqjus bħala dittatur u bosta qisuh bħala bniedem korrott.