Clyde Puli ħa li ried – One News

Notifiki

Clyde Puli ħa li ried

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, żied is-saħħa fl-istamperija. Dan minkejja li  ħafna ppontaw lejh ukoll għar-riżultat elettorali diżastruż li l-Partit Nazzjonalista kiseb f’Mejju li għadda.

Kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista li kkonferma dan meta kien intervistat fid-Dar Ċentrali. F’nofs it-taqlib li kien hemm fil-Partit Nazzjonalista ftit tax-xhur ilu, Pierre Portelli rriżenja minn Kap Eżekuttiv ta’ media.link u l-id il-leminija ta’ Adrian Delia. Minflok Pierre Portelli, Delia ma ħatar lil ħadd u dan wara pressjoni ta’ Clyde Puli li ried iżid is-saħħa fl-istamperija. Kif kien żvelat li seta’ jiġri mill-gazzetta KullĦadd ftit tal-ġimgħat ilu. Ħafna kienu jitkellmu dwar kif bejn Puli u Portelli kien hemm ġlieda kbira għall-poter. Poter li Delia nnifsu kkonferma li issa mar kollu għandu Puli. 

Il-fatt li Delia ma ħatar lil ħadd qed iwassal biex fl-istamperija tiġri l-kelma kemm kienu għalxejn l-eluf kbar li kien jieħu Portelli u li Delia kien ħatru biss biex jippremjah. Għalkemm oħrajn jemmnu li Kap Eżekuttiv hemm bżonnu u li kull ma ġara kien li rebaħ Clyde Puli li jrid kontroll assolut inkluż dwar dak li joħroġ mill-kamra tal-aħbarijiet.

Fuq kollox kien Delia nnifsu li qal li din kienet deċiżjoni politika.  B’hekk dawk kollha li talbu lil Puli jerfa’ r-responsabbiltà politika għat-telfiet ta’ Mejju li għadda, illum spiċċaw għandhom lil Clyde Puli b’iktar saħħa fl-istamperija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend