Azzjoni mill-ERA kontra fabbrika tat-tarmak f’Ħal Far – One News

Notifiki

Azzjoni mill-ERA kontra fabbrika tat-tarmak f’Ħal Far

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA waqfet kumpanija li timmanifattura t-tarmak milli tkompli topera f’Ħal Far wara ilmenti li wasslu li ċumnija mill-istess fabbrika kienet qed idaħħan b’mod eċċessiv. Kif jixhed ir-ritratt, daħna sewda kbira kienet qed tidher minn bosta inħawi tal-madwar u l-ERA sostniet permezz ta’ stqarrija li qed tinvestiga dan il-każ.

Il-fabbrika ġiet imwaqqfa milli topera għal għaxar t’ijiem u f’dan il-perjodu, l-ERA se tinvestiga x’tip ta’ emmissjonijiet ħerġin fl-arja u jekk dawn humiex ta’ deni għas-saħħa tal-bniedem.

L-ERA temmet tgħid li l-kumpanija tista’ tintalab twaħħal mekkaniżmu li jnaqqas l-impatt negattiv tal-emmissjonijiet mormija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend