Pajjiżna jipparteċipa fil-‘world clean up day’ – One News

Notifiki

Pajjiżna jipparteċipa fil-‘world clean up day’

28 kunsill lokali f’pajjiżna se jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ skart bħala ġarti mill-jum dinja tal-indafa. 

Din il-kampanja bdiet 26 sena ilu u ta’ kull sena mat-18-il miljun ruħ, minn madwar 150 pajjiż differenti jingħaqdu flimkien biex jiġbru l-iskart.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Wied il-Għajn, is-Segretarju Parlamentari għal Kunsilli Lokali Silvio Parnis tkellem dwar il-ħtieġa li f’pajjiżna tiżdied l-indafa publika.

Parnis qali li “Għal din l-inizjattiva ħadu sehem 28 il-kunsill lokali illi dawna anke tajniehom fondi biex ikunu jistgħu jorganizzaw areas li jkunu maħmuġin u rridu nnadfuhom imma dan wara kollox huwa sinjal li l-pajjiż tagħna nnadfuh, hemm bżonn li kulħadd jagħti sehem tiegħu ħalli l-lokalitajiet tagħna jkunu lokalitajiet ta’ eċċellenza”.

Żied jgħid li b’dawn l-attivitajiet se joħolqu iktar għarfien dwar l-indafa fil-lokalitajiet tagħna mhux biss fil-kunsilli lokali mma fil-komunità kollha.

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici semma l-importanza ta’ din il-kampanja li tgħaqqad il-komunità u l-kunsilli lokali mal-bqija tad-dinja.

Il-Ministru Bonnici tenna li “Din hija sfida taż-żamma u l-indafa ta’ pajjiżna li sar ħafna titjib pero rridu nagħmlu iktar għax irridu li anke f’dan is-settur neċċelaw u l-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf li din l-isfida bħala pajjiż b’mod nazzjonali qlibnieha u l-indafa ta’ pajjiżna morna l-quddiem”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend