L-ikbar avveniment tal-birra f’pajjiżna b’aktar minn 100 ditta ta’ birra differenti – One News

Notifiki

L-ikbar avveniment tal-birra f’pajjiżna b’aktar minn 100 ditta ta’ birra differenti

Dan it-tmiem il-ġimgħa ser jiġi organizzat l-ewwel edizzjoni tal-festival tal-birra bl-isem ta’ Oktoberfest Malta. Il-Festival magħruf madwar id-dinja għal mod uniku kif il-Ġermaniżi partikolarment dawk Bavarjani jiċċelebraw l-imħabba lejn il-birra, issa ser jieħu xejra Mediterranja f’pajjiżna. 

F’atomosfera unika ta’ mużika, ċelebrazzjonijiet u divertiment għall-familja, wieħed jista’ jżur dan l-avveniment u jduq l-ifjen birra minn Malta, il-Bavarja jew madwar d-dinja u jiekol l-itjeb platti Bavarjani jew dawk Mediterranji. Ser ikun hemm aktar minn 30 parteċipant differenti joffru l-birra u jsajru l-itjeb ikel waqt li qiegħed jisserva.

Dan l-avveniment qiegħed jitqies bħala wieħed uniku hekk kif l-akbar importaturi u produtturi tal-birra Maltin ser jingħaqdu flimkien sabiex jesponu t-tjubija tal-birra u l-ifjen kwalitajiet ta’ l-aqwa ditti lokali u dawk internazzjonali.

L-istess produtturi u importaturi ser ikunu qegħdin iħeġġu l-pubbliku jipparteċipa f’logħob varju u jgħatu bosta rigali.

Għadd ta’ artisti lokali ser ikunu qegħdin joffru ‘l fuq minn 18-il siegħa ta’ mużika versatili li tappella għal kulħadd fi tliet żoni differenti. Dawk li ser jattendu ser ikunu qegħdin jiġu imħeġġa jipparteċipaw sabiex flimkien u b’mod kollettiv tinħoloq atmosfera unika.

Dan mhux biss festival għal adulti iżda festival għall-familja kollha b’żona speċjali ukoll għat-tfal; b’animazzjoni u attivitajiet oħra ta’ divertiment fosthom ‘Luna Park’ żgħira li ser tkun miftuħa kollha għall-okkazzjoni.

Bl-għan li jkompli jonqos l-użu tal-plastik, tazzi tal-birra ser ikunu qegħdin jinbiegħu għall-prezz ta’ 2 Ewro, liema tazza wieħed jista’ jżomm wara l-avveniment.

Oktoberfest Malta ser jiġi organizzat nhar il-Ġimgħa 20, is-Sibt 21, u l-Ħadd 22 ta’ Settembru mis-6 ta’ filgħaxija ‘il quddiem f’Montekristo Ħal Farruġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend