Jintbagħat il-ħabs wara li wieġeb ħati li uża identifikazzjoni falza – One News

Notifiki

Jintbagħat il-ħabs wara li wieġeb ħati li uża identifikazzjoni falza

MD Afzol Ahmed ta’ 25 sena mill-Bangladesh ingħata sitt xhur priġunerija wara li wieġeb ħati għall-akkużi  li iffalsifika jew biddel partijiet mid-dokument tal-identità jew għamel użu minn document iffalsifikat. 

Anke wara li l-Qorti wissietu li dan ir-reat iġorr miegħu piena ta’ priġunerija l-akkużat assistit mill-avukata tal-għajnuna legali, Martha Mifsud, wieġeb ħati.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat  Ian Farrugia tat sentenza ta’ sitt xhur priġunerija effettivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend