“Il-bibien tagħna huma miftuħa”- it-Taliban – One News

Notifiki

“Il-bibien tagħna huma miftuħa”- it-Taliban

It-Taliban qalu li l-bibien tagħhom huma miftuħa jekk il-President Amerikan Donald Trump ikun lest li jissokta bil-laqgħat dwar ftehim ta’ paċi fil-futur. 

Il-Kap Negozjatur Sher Mohammad Abbas Stanikzai insista li n-negozjati huma l-unika soluzzjoni għall-paċi fl-Afganistan.

Dawn id-dikjarazzjonijiet saru ġimgħa wara li Trump qal li għalih, id-diskussjonijiet mat-Taliban huma “mejta”.

Aktar kmieni dan ix-xahar, iż-żewġ partijiet dehru li kienu qrib li jtemmu kunflitt ta’ 18-il sena.

Iżda Trump temm ħesrem id-diskussjonijiet wara li sar magħruf li attakk tat-Taliban f’Kabul fis-6 ta’ Settembru, ikkawża l-mewt ta’ suldat Amerikan u 11-il persuna oħra.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend