Hawn bżonn ta’ madwar 200 spiżjar ieħor – One News

Notifiki

Hawn bżonn ta’ madwar 200 spiżjar ieħor

Emma Teuma hija studenta universitarja li se tibda t-tielet sena fil-kors ta’ spiżjar. Professjoni li fl-aħħar snin sar hawn għatx għaliha minħabba bosta opportunijiet li qiegħed joħloq is-settur tal-farmaċija f’pajjiżna. 

Ma’ ONE News hija saħqet li l-pazjent għandu dejjem ikun fiċ-ċentru tal-ħidma tal-ispiżjara.

Teuma stqarret li “L-iktar importanti fix-xogħol tagħna huwa l-pazjent. Fil-komunità f’irwol tradizzjoni li tiċċekja l-mediċini li qegħdin jieħdu n-nies, jekk qed jiħduhomx sew imbagħad l-industrija, fejn niżviluppaw mediċini ġodda, ir-riċerki fuq dawn id-drogi, ir-regulation to make sure everything is being done properly”.

Emma qalet li x-xogħol ta’ spiżjar joffri bosta opportunitajiet ta’ xogħol f’diversi oqsma differenti.

Minkejja li qalet li dan huwa kors diffiċli, qalet li mill-opportunitajiet li diġà kellha fil-komunità, intebħet kemm spiżjar jista’ jgħin lin-nies.

Iżda l-farmaċija qiegħda tevolvi u propju l-Università toffri kors ieħor dwar it-teknoloġija tal-farmaċewtika.

L-istudenta Tamara Attard, li se tibda t-tieni sena f’dan il-kors, qalet li dan jirrelata mar-riċerka dwar il-farmaċija.

Attard sostniet li “Wara li nagħmlu t-tliet snin tal-kors, hemm il-Masters’ ukoll li huwa parti ta’ riċerka li ovvjament inkunu qed nikkontribixxu għal riċerka tal-farmaċija kollha li l-pharmaceutical technologists jistgħu jikkontribwixxu għaliha wkoll”.

Qalet li għażlet dan il-kors għax minn dejjem  kienet taffaxinaha l-mediċina.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbru d-dettalji ta’ attività b’rabta mal-jum dinji dwar l-ispiżjara li jitfakkar fil-25 ta’ Settembru, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista qal spjega li l-iżvilupp fil-qasam farmaċewtiku f’Malta qed iseħħ b’pass mgħaġġel, id f’id mas-suċċess li qed jinkiseb fl-oqsma soċjali u ekonomiċi.

Qal li dan is-suċċess ħoloq domanda kbira għall-professjonisti li jispeċjalizzaw fis-settur tax-xjenza farmaċewtika. F’dan l-isfond, ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jidħlu għall-korsijiet li jwassluhom biex jiggradwaw bħala spiżjara jew pharmaceutical technologists hekk kif pajjiżna għandu bżonn madwar mitejn spiżjar ieħor.

Biex ikomplu jiġu attirati iktar studenti fil-korsijiet tal-farmaċija, id-dipartiment se jorganizza tliet open days fl-Università – fid 19 ta’ Settembru, fil-15 ta’ Ottubru u fit-22 ta’ Novembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend