AĠĠORNAT: Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina fil-Għargħur – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina fil-Għargħur

Anzjan ta’ 74 sena mill-Għargħur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina f’argument sħun li qam f’Ħal Għargħur. 

Il-pulizija qalet li l-argument seħħ għall-ħabta tas-5:45 p.m. meta ġiet imsejħa biex tintervjeni fi Sqaq il-Warda.

Jirriżulta li allegatament l-anzjan li jgħix fl-istess raħalġie aggredit minn raġel ieħor ta’ 58 sena minn Ħal Għargħur ukoll.

Xhieda fuq il-post qalu lil one.com.mt li l-argument qam minħabba kwistjoni ta’ wirt.

L-anzjan ittieħed l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Is-suspettat ġie arrestat mill-Pulizija u qiegħed jinżamm għall-iktar stħarriġ.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend