Żagħżugħ ta’ 22 sena jindarab gravi wara li nqaleb bil-karozza f’Marsaxlokk – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 22 sena jindarab gravi wara li nqaleb bil-karozza f’Marsaxlokk

Żagħżugħ ta’ tnejn u għoxrin sena ndarab gravi wara li kien passiġġier f’karozza li nqalbet f’Marsaxlokk.

L-inċident seħħ fi Triq Delimara u l-pulizija ġiet imsejħa għall-ħabta tal-5:00pm.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix l-Kalkara kien qed isuq vettura tat-tip Chevrolet Matiz.

Għal xi raġuni huwa tilef il-kontroll u nqaleb.

Fil-karozza kien ukoll iż-żagħżugħ minn Ħal Tarxien.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar għal aktar kura.

Ta’ QabelLi Jmiss