Il-poplu Taljan qam maħsud b’dak li qed jitqies bħala qtil ta’ tarbija ta’ twelid minn ommu.
Il-ġisem bla ħajja tat-tarbija tat-twelid instab minn turisti f’ġenb ta’ triq f’Lana Di Spora fl-inħawi ta’ Merano f’Belzano.
Il-midja Taljan qiegħda tirrapporta li ċ-ċkejken instab b’rasu mifqugħa u kien għadu bil-kurdun imqabbad miegħu.
Il-mewt tiegħu jidher li seħħet ftit tas-sigħat qabel ma nstab mit-turisti.
Żied jingħad li ż-żewġ turisti bl-għajnuna ta’ persuna li kien fil-qrib talbu għall-għajnuna malli lemħuh taħt xi weraq, iżda ċ-ċkejken li huwa ta’ karnaġġjon abjad, kien ilu mejjet għal bosta sigħat.
Il-Pulizija Taljana arrestat lil omm it-tarbija iżda mhux qed jiġi eskluż li l-mara setgħet wettqet dan il-ġest makabru minħabba li kient inħakmet minn dipressjoni qawwija wara t-tqala.