Se jistenna l-parir tal-Qorti Suprema qabel jerġa jlaqqa’ l-Parlament – One News

Notifiki

Se jistenna l-parir tal-Qorti Suprema qabel jerġa jlaqqa’ l-Parlament

Il-Prim Minstru Ingliż Boris Johnson qal li se jistenna pariri mill-Qorti Superma f’Londra dwar jekk għandux jerġa’ jlaqqa’ l-Parlament jew le. Din il-Qorti mistennija tisma’ żewġ appelli biex tiddetermina jekk il-Prim Minstru Johnson kisirx il-liġi meta ddeċieda li jissospendi l-Parlament Ingliż għal ħames ġimgħat.

Ġimgħa ilu, l-Ogħla Qorti f’Edinburgh, l-Iskozja, qalet li s-sospesjoni ta’ Westminster hija ‘illegali’. Minkejja dan, Johnson baqa’ jinsisiti li hu għandu kull rispett lejn il-qasam legali ta’ pajjiżu.

Is-sospensjoni tal-Parlament Ingliż ilha fis-seħħ ġimgħa, u l-Membri Parlamentari mistennija jiltaqgħu fil-House of Commons fl-14 ta’ Ottubru għad-diskors tar-Reġina. Minkejja dan il-pjan, partiti fl-Oppożizzjoni Ingliża qed jappellaw biex il-Parlament jitlaqqa’ minnufih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend