IL-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li fil-ġimgħat li ġejjin is-settur privat se jingħata sinjal ċar hafna li mhux li l-Gvern mhux se jaċċetta sitwazzjonjiet fejn fil-qasam tar-rimi tal-kostruzzjoni ma jieħux ir-responsabbilta tiegħu.
F’kumment lill-ġurnalisti fi tmiem laqgħa tal-kabinett, Dr Muscat qal li s-settur privat għandu jerfa’ r-responsabbiltà għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni. Hanwekk huwa sostna li: Aħna tajna l-inċentivi biex it-tariffi f’dan il-qasam ikunu reachable u miftuħin għal kulħadd – Jekk dan mhux se jiġri se nkunu qegħdin nieħdu miżuri aħna bħala Gvern biex naraw li r-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni jsir b’mod aktar orgnaizzat.
Dr Muscat sosnta li l-iskart tal-kostruzzjoni huwa riżorsa u sostna li l-Gvern qiegħed jistudja bosta għażliet dwar ir-reklamazzjoni tal-art. Huwa rrefera għal żona fil-baħar li kienet tintuzaw għar-rimi tal-iskart sa minn zmien l-inglizi. Huwa żied jgħid li r-reklamazzjoni tal-art kienet parti mill-viżjoni tal-Gvern fl-2013.
Il-Prim Ministru sostna li dar li jara fattibbli hija reklamazzjon tal-art li testendi max-xatt bħalma ġara fil-passat fil-Marsa, l-Imsida u l-Freeport.