BIL-FILMAT: Żagħżugħ jittieħed l-isptar wara ħabta ‘head-on’ f’Ħal Far – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Żagħżugħ jittieħed l-isptar wara ħabta ‘head-on’ f’Ħal Far

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żabbar ittieħed l-isptar wara li l-vettura  tal-għamla Volkswagen Golf li kien qiegħed isuq ħabtet ma’ karozza oħra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 minn Birżebbuġa. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Far.

Iż-żagħżugħ sofra minn ġrieħi ħfief.

Minħabba dan l-inċident parti mit-triq kienet tinsab magħluqa għat-traffiku.

Filmati: Wayne Polidano

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend