Sitt xhur ħabs għal żewġ nisa immigranti – One News

Notifiki

Sitt xhur ħabs għal żewġ nisa immigranti

Julia Kindega Bassahae ta’ 31 sena mill-Kamerun u Ake Angel ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Avorju ġew ikkundannati sitt xhur ħabs wara li wieġbu ħajta li użaw passaport falz. 

Iż-żewġ nisa tressqu l-qorti b’mod separat u ġew mixlija li pprovaw jużaw dokumenti foloz biex isiefru lejn il-Ġermanja u Franza.

In-nisa ġew arrestati l-Ħadd waqt li kienu qed jagħmlu ċ-check-in fl-ajruport.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Frankie Sammut qal li n-nisa waslu f’Malta s-sena li għaddiet u ngħataw saqaf fuq rashom, ikel u anke xi ftit tal-flus waqt li l-applikazzjoni tagħhom kienet qegħdin tiġi vverifikata. Huwa żied jgħid li flok ma n-nisa stennew l-eżitu tal-applikazzjoni tagħhom irrikorrew għal mezzi illegali biex iħallu l-pajjiż.

Fid-deċiżjoni tagħhom, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia kkundannatahom 6 xhur ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend