Malta bit-tielet l-ikbar żieda fil-‘job vacancies’ – One News

Notifiki

Malta bit-tielet l-ikbar żieda fil-‘job vacancies’

Fit-tieni kwart ta’ din is-sena, Malta kellha t-tielet l-akbar żieda fl-offerti ta’ xogħol, job vacancies minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. 

Imqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti żdiedet f’għaxar pajjiżi Ewropew, baqgħet stabbli f’disa’ pajjiżi, u naqset f’disa’ pajjiżi oħra.

Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li minkejja li pajjiżna kellu fost l-ogħla rati ta’ tkabbir fl-impjieg fl-Unjoni Ewropea, 2.9% tal-postijiet tax-xogħol f’pajjiżna, kienu vakanti bejn April u Ġunju li għadda.

Fl-istess xhur tal-2018, 2.5 fil-mija kienu vakanti. Dan ifisser żieda ta’ 0.4%.

Dan meta f’pajjiżi Ewropej, iż-żieda fil-postijiet tax-xoghol kienet inqas, jew ma kienx hemm żieda, jew saħansitra naqas l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol vakanti.

Fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, 2.3 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol kienu vakanti u baqgħu stabbli meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

L-employers f’Malta fil-qasam tas-servizzi f’Malta kellhom żieda fl-offerti ta’ xogħol minn 2.8% fl-2018 għal 3.5 fil-mija fit-tieni kwart tas-sena. Iċ-ċifri juru li f’dan il-qasam Malta kellha r-raba’ l-ogħla żieda ta’ job vacancies.

L-uniċi żewġ pajjiżi li kellhom żiediet akbar fl-offerti ta’ xogħol kienu fir-Repubblika Ċeka b’0.8% u l-Latvja b’0.5%. Minn-naħa l-oħra dawk il-pajjiżi li l-iktar li naqqsu l-vacancies kienu l-Korazja u l-Islovenja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend