L-Amerka ppubblikat ritratti li juru li l-Iran attakaw ir-raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija – One News

Notifiki

L-Amerka ppubblikat ritratti li juru li l-Iran attakaw ir-raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija

L-Amerka ppubblikat ritratti mis-satelliti biex issaħħaħ l-argument tagħha li l-Iran kien il-moħħ wara l-attakk fuq ir-raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija. 

Dan wara li l-Iran ċaħad kull involviment fl-attakki tas-Sibt.

Fuq Twitter, il-President Amerikan Donald Trump qal li pajjiżu jinsab lest biex japprova kontra-attakk meta jkun magħruf min wettaq dan l-attakk.

Dan l-inċident wassal biex ġiet affettwata 5% tal-produzzjoni taż-żejt dinji, u wassal biex il-prezz internazzjonali taż-żejt jogħla wkoll.

Ritratti: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend